|
+Artikolu 91 2. |
Artikolu 91 2.L-abbozz tat-termini tal-merger għandu jispeċifika għallinqas:
(a)
it-tip, isem u l-uffiċċju reġistrat ta' kull waħda mill-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger;
(b)
il-proporzjon tal-iskambju tal-ishma u l-ammont ta' kull pagament fi flus kontanti;
(c)
it-termini li għandhom x'jaqsmu mad-distribuzzjoni tal-ishma fil-kumpanija li qed takkwista;
(d)
id-data li minnha l-pussess ta' dawk l-ishma jagħti d-dritt lid-detenturi li jipparteċipaw fil-profitti u kwalunkwe kondizzjoni speċjali li taffettwa dak id-dritt;
(e)
id-data li minnha t-transazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata għandhom ikunu meqjusa għal skopijiet ta' kontijiet bħala dawk tal-kumpanija li qed takkwista;
(f)
id-drittijiet mogħtija mill-kumpanija li qed takkwista lid-detenturi ta' ishma li għandhom konnessi magħhom drittijiet speċjali u lid-detenturi ta' titoli barra ishma, jew il-miżuri proposti dwarhom;
(g)
kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti msemmijin fl-Artikolu 96(1) u lill-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija, ta' sorveljanza jew ta' kontroll tal-kumpaniji fil-proċess ta' merger. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|