+Artikolu 126a Protezzjoni tal-membri
---+Artikolu 126a 1.
---+Artikolu 126a 2.
---+Artikolu 126a 3.
---+Artikolu 126a 4.
---+Artikolu 126a 5.
---+Artikolu 126a 6.
---+Artikolu 126a 7.
|
Artikolu 126a Protezzjoni tal-membri
Protezzjoni tal-membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 126a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas il-membri tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger li vvotaw kontra l-approvazzjoni tal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali jkollhom id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom għal kumpens fi flus kontanti adegwat, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6, dment li bħala riżultat tal-merger jakkwistaw ishma fil-kumpanija li tirriżulta mill-merger li tkun regolata mil-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-kumpanija rispettiva tagħhom li tkun l-oġġett tal-merger. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li membri oħrajn tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger jkollhom id-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-oppożizzjoni espressa għall-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, jew l-intenzjoni tal-membri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jċedu l-ishma tagħhom, jew it-tnejn, ikunu dokumentati b'mod adatt, sa mhux aktar tard mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li r-reġistrazzjoni tal-oppożizzjoni għall-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali titqies bħala dokumentazzjoni adatta ta' vot negattiv.
|
|
Artikolu 126a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu li fih il-membri msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom jiddikjaraw lill-kumpanija kkonċernata li tkun l-oġġett tal-merger id-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom. Dak il-perjodu ma għandux ikun itwal minn xahar wara l-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger jipprovdu indirizz elettroniku biex jirċievu dik id-dikjarazzjoni elettronikament.
|
|
Artikolu 126a 3.
|
L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu l-perjodu li fih ikun irid jitħallas il-kumpens fi flus kontanti speċifikat fl-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali. Dak il-perjodu ma għandux jintemm aktar tard minn xahrejn wara li l-merger transkonfinali tkun saret effettiva skont l-Artikolu 129.
|
|
Artikolu 126a 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe membru li jkun iddikjara d-deċiżjoni tiegħu li jeżerċita d-dritt li jċedi l-ishma tiegħu, iżda li jqis li l-kumpens fi flus kontanti offrut mill-kumpanija kkonċernata li tkun l-oġġett ta' merger ma ġiex adegwatament stabbilit, ikun intitolat jitlob kumpens addizzjonali fi flus kontanti quddiem l-awtorità jew il-korp kompetenti responsabbli taħt il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta' żmien għat-talba għal kumpens addizzjonali fi flus kontanti. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li d-deċiżjoni finali li tipprovdi kumpens addizzjonali fi flus kontanti tkun valida għall-membri kollha tal-kumpanija kkonċernata li tkun l-oġġett ta' merger li jkunu ddikjaraw id-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 126a 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi tal-Istat Membru li għaliha hi soġġetta kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger tirregola d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 u li l-kompetenza esklużiva għar-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe tilwima relatata ma' dawk id-drittijiet tkun fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 126a 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger li ma kellhomx jew ma eżerċitawx id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom, iżda li jqisu li l-proporzjon ta' skambju tal-ishma stabbilit fl-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali huwa inadegwat, ikunu jistgħu jikkontestaw dak il-proporzjon u jitolbu ħlas fi flus kontanti. Il-proċedimenti f’dak ir-rigward għandhom jinbdew quddiem l-awtorità jew il-korp kompetenti responsabbli taħt il-liġi tal-Istat Membru li għaliha tkun soġġetta l-kumpanija relevanti li tkun l-oġġett ta' merger, fil-limitu ta' żmien stabbilit f'dik il-liġi nazzjonali, u tali proċedimenti ma għandhomx jipprevjenu r-reġistrazzjoni tal-merger transkonfinali. Id-deċiżjoni għandha torbot lill-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu li l-proporzjon tal-iskambju tal-ishma kif stabbilit f'dik id-deċiżjoni jkun validu għal kwalunkwe membru tal-kumpanija kkonċernata li tkun l-oġġett ta' merger li ma kellux jew ma eżerċitax id-dritt tiegħu li jċedi l-ishma tiegħu.
|
|
Artikolu 126a 7.
|
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu li l-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali tkun tista' tipprovdi ishma jew kumpens ieħor minflok ħlas fi flus kontanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|