+Artikolu 126b Protezzjoni tal-kredituri
---+Artikolu 126b 1.
---+Artikolu 126b 2.
---+Artikolu 126b 3.

Artikolu 126b Protezzjoni tal-kredituri

Protezzjoni tal-kredituri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 126b 1.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom oriġinaw qabel l-iżvelar tal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali u li ma jkunux saru esiġibbli fil-waqt ta' tali żvelar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri li ma jkunux sodisfatti bis-salvagwardji offruti fl-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, kif previst fil-punt (n) tal-Artikolu 122, ikunu jistgħu japplikaw, fi żmien tliet xhur mill-iżvelar tal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali msemmi fl-Artikolu 123, mal-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja xierqa għal salvagwardji adegwati, dment li tali kredituri jkunu jistgħu juru b'mod kredibbli li, minħabba l-merger transkonfinali, l-adempiment tal-pretensjonijiet tagħhom huwa inċert u li l-ebda salvagwardja adegwata ma nkisbet mill-kumpaniji li jkunu l-oġġetti tal-merger.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-salvagwardji jkunu kkondizzjonati milli l-merger transkonfinali ssir effettiva skont l-Artikolu 129.

Artikolu 126b 2.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-korp amministrattiv jew maniġerjali ta' kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger jipprovdi dikjarazzjoni li tirrifletti b'mod preċiż l-istatus finanzjarju kurrenti tagħha f'data li ma għandhiex tkun aktar kmieni minn xahar qabel l-iżvelar ta' dik id-dikjarazzjoni,. Id-dikjarazzjoni għandha tkun li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni, u wara li jkunu saru inkjesti raġonevoli, dak il-korp amministrattiv jew maniġerjali ma jkun jaf b'ebda raġuni għala l-kumpanija li tirriżulta mill-merger ma tkunx tista' tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha meta dawk l-obbligazzjonijiet isiru esiġibbli. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi żvelata flimkien mal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali f'konformità mal-Artikolu 123.
Artikolu 126b 3.
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger fir-rigward tal-adempiment jew l-assigurar ta' obbligazzjonijiet ta’ flus u mhux ta’ flus dovuti lil korpi pubbliċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.