+Artikolu 128 Skrutinju tal-legalità tal-merger transkonfinali
---+Artikolu 128 1.
---+Artikolu 128 2.
---+Artikolu 128 3.
---+Artikolu 128 4.
---+Artikolu 128 5.

Artikolu 128 Skrutinju tal-legalità tal-merger transkonfinali

Skrutinju tal-legalità tal-merger transkonfinali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 128 1.
Kull Stat Membru għandu jinnomina l-qorti, in-nutar jew xi awtorita oħra li jkunu kompetenti biex jiflu bir-reqqa l-legalità tal-merger transkonfinali fir-rigward ta' dik il-parti tal-proċedura li tikkonċerna t-twettiq tal-merger transkonfinali u, fejn ikun xieraq, il-formazzjoni ta' kumpanija ġdida li tirriżulta mill-merger transkonfinali fejn il-kumpanija maħluqa mill-merger transkonfinali tkun suġġetta għal-liġi nazzjonali tiegħu. L-awtorità msemmija għandha tiżgura, b'mod partikulari, li l-kumpaniji li qed jingħaqdu jkunu approvaw l-abbozz tat-termini komuni ta' merger transkonfinali bl-istess kondizzjonijiet u, fejn hu xieraq, li l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-impjegati jkunu ġew iddeterminati bi qbil mal-Artikolu 133.
Artikolu 128 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger għandha tippreżenta lill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, approvat mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126 jew, fil-każ li l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali ma tkunx meħtieġa skont l-Artikolu 132(3), l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali approvat minn kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 128 3.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe applikazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, minn kwalunkwe waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger, inkluża l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni u dokument, tkun tista' timtela kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
Artikolu 128 4.
L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapprova l-merger transkonfinali malli tiddetermina li l-kundizzjonijiet rilevanti kollha ġew sodisfatti.
Artikolu 128 5.
Iċ-ċertifikat ta' qabel il-merger għandu jiġi aċċettat mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 bħala attestazzjoni konklużiva tat-tlestija korretta tal-proċeduri u l-formalitajiet applikabbli ta' qabel il-merger fl-Istat Membru rispettiv tagħha, li mingħajrhom il-merger transkonfinali ma tkunx tista' tiġi approvata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.