+Artikolu 137 Abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni
---+Artikolu 137 1.
---+Artikolu 137 2.
---+Artikolu 137 3.
|
Artikolu 137 Abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni
Abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 137 1.
|
Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji involuti f'diviżjoni għandhom iħejju abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni bil-miktub.
|
|
Artikolu 137 2.
|
L-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni għandu jispeċifika għallinqas:
(a)
it-tip, l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni;
(b)
il-proporzjon tal-kambju tal-ishma u l-ammont ta' kull pagament fi flus kontanti;
(c)
il-kundizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu mad-distribuzzjoni tal-ishma fil-kumpaniji reċipjenti;
(d)
id-data li minnha ż-żamma ta' dawn l-ishma jintitola lil min iżommhom li jipparteċipa fil-profitti u f'kull kondizzjoni speċjali li taffettwa dak il-jedd;
(e)
id-data li minnha t-transazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandhom ikunu meqjusa għal skopijiet ta' kontijiet bħala dawk ta' waħda jew oħra mill-kumpaniji reċipjenti;
(f)
id-drittijiet mgħoddija mill-kumpaniji reċipjenti lid-detenturi ta' ishma bi drittijiet speċjali u d-detenturi ta' titoli minbarra ishma, jew il-miżuri proposti dwarhom;
(g)
kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti msemmijin fl-Artikolu 142(1) u lill-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija, ta' sorveljanza jew ta' kontroll tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni;
(h)
id-deskrizzjoni preċiża u l-allokazzjoni tal-attiv u l-passiv li għandhom jiġu trasferiti lil kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti;
(i)
l-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża ta' ishma fil-kumpaniji reċipjenti u l-kriterju li fuqu ġew ibbażati dawk l-allokazzjonijiet.
|
|
Artikolu 137 3.
|
Fejn xi parti mill-attiv ma tkunx allokata bl-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni u meta l-interpretazzjoni ta' dawk il-kundizzjonijiet ma tippermettixi li tittieħed deċiżjoni fuq l-allokazzjoni tagħha, dik il-parti mill-attiv jew il-konsiderazzjoni dwarha għandha tkun allokata lill-kumpaniji reċipjenti kollha proporzjonatament għas-sehem tal-attiv nett allokat lill kull waħda minn dawk il-kumpaniji skont l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni. Fejn xi parti mill-passiv ma tkunx allokata bl-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni u meta l-interpretazzjoni ta' dawk il-kundizzjonijiet ma tippermettix li tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tagħha, kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti għandha tkun responsabbli in solidum. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li din ir-responsabbiltà in solidum tkun limitata għall-attiv nett allokati lil kull kumpanija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|