+Artikolu 141 Rapport dettaljat bil-miktub u informazzjoni dwar diviżjoni
---+Artikolu 141 1.
---+Artikolu 141 2.
---+Artikolu 141 3.

Artikolu 141 Rapport dettaljat bil-miktub u informazzjoni dwar diviżjoni

Rapport dettaljat bil-miktub u informazzjoni dwar diviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 141 1.
Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni għandhom iħejju rapport dettaljat bil-miktub li jispjega l-abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni u li juri r-raġunijiet legali u ekonomiċi għalihom, b'mod partikolari il-proporzjon tal-kambju ta'l-ishma u l-kriterju li jiddetermina l-allokazzjoni tal-ishma.
Artikolu 141 2.
Ir-rapport għandu wkoll jiddeskrivi kull diffikultà speċjali dwar valutazzjoni li tkun inqalgħet.

Fejn applikabbli, ir-rapport għandu jsemmi l-preparazzjoni tar-rapport dwar il-konsiderazzjoni għajr dak fi flus kontanti kif imsemmi fl-Artikolu 70(2) għal kumpaniji reċipjenti u r-reġistru fejn dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat.

Artikolu 141 3.
Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kumpanija li qed tiġi diviża għandhom jinfurmaw il-laqgħa ġenerali ta' dik il-kumpanija u lill-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji reċipjenti ħalli huma jkunu jistgħu jinfurmaw il-laqgħat ġenerali rispettivi tagħhom b'kull bidla materjali fl-attiv u l-passiv bejn id-data tal-preparazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni u d-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża li għandha tiddeċiedi fuq l-abbozz ta' kundizzjonijiet tad-diviżjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.