Artikolu 152
Responsabbiltà ċivili tal-membri tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpanija li qed tiġi diviża
Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom għallinqas jagħmlu regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili ta' membri ta' korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kumpanija li qed tiġi diviża lejn l-azzjonisti ta' dik il-kumpanija fir-rigward ta' mġieba ħażina min-naħa tal-membri ta' dawk il-korpi fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-diviżjoni u r-responsabbiltà ċivili tal-esperti responsabbli għat-tfassil għal dik il-kumpanija tar-rapport previst fl-Artikolu 142 dwar imġieba ħażina min-naħa ta' dawk l-esperti fit-twettiq ta' dmirijiethom.