|
+Artikolu 154 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
Artikolu 154 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviżaArtikolu 154 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża Bla ħsara ghall-Artikolu 140, L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni tad-diviżjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża kemm-il darba l-kumpaniji reċipjenti flimkien iżommu l-ishma kollha tal-kumpanija li qiegħda tiġi diviża u t-titoli l-oħra kollha li jagħtu d-dritt tal-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża, u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kull waħda mill-kumpaniji involuti fl-operazzjoni twettaq il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 138 hux iktar tard minn xahar qabel ma l-operazzjoni sseħħ;
(b)
mhux iktar tard minn xahar qabel l-operazzjoni sseħħ, l-azzjonijisti kollha tal-kumpaniji involuti fl-operazzjoni jkollhom il-jedd jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 143(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija tagħhom;
(c)
meta laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża, li tkun meħtieġa għall-approvazzjoni tad-diviżjoni, ma tkunx imsejħa, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 141(3) tkopri kull tibdil materjali fl-assi u l-obbligazzjonijiet wara d-data tal-preparazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 143(2), (3) u (4) u l-Artikolu 144 għandhom japplikaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|