+Artikolu 160a Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 160a 1.
---+Artikolu 160a 2.
---+Artikolu 160a 3.
---+Artikolu 160a 4.
---+Artikolu 160a 5.

Artikolu 160a Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 160a 1.
Dan il-Kapitolu japplika għad-diviżjonijiet transkonfinali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata, iffurmati f'konformità mal-liġi ta' Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew is-sede prinċipali tagħhom fl-Unjoni, dment li tal-anqas tnejn mill-kumpaniji b'responsabbiltà limitata involuti fid-diviżjoni jkunu regolati mil-liġijiet ta' Stati Membri differenti (minn hawn 'il quddiem “diviżjoni transkonfinali”).
Artikolu 160a 2.
Minkejja l-punt 4 tal-Artikolu 160b, dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal diviżjonijiet transkonfinali fejn il-liġi ta’ mill-inqas wieħed mill-Istati Membri kkonċernati tippermetti li l-pagament fi flus kontanti msemmi fil-punti (a) u (b) tal-punt 4 tal-Artikolu 160b ikun iktar minn 10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, 10 % tal-parità kontabbli tat-titoli jew tal-ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpaniji reċipjenti.
Artikolu 160a 3.
Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal diviżjonijiet transkonfinali li jinvolvu kumpanija li l-għan tagħha jkun l-investiment kollettiv ta' kapital ipprovdut mill-pubbliku, li topera fuq il-prinċipju ta' tifrix tar-riskju u li l-unitajiet tagħha jkunu, fuq it-talba tad-detenturi, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dik il-kumpanija. Azzjoni meħuda minn kumpanija bħal din, sabiex tiżgura li l-valur tal-unitajiet tagħha fuq il-borża ma jvarjax b'mod sinifikanti mill-valur nett tal-assi tagħha għandha titqies bħala ekwivalenti għal tali riakkwist jew fidì.
Artikolu 160a 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-Kapitolu ma japplikax għall-kumpaniji fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

il-kumpanija tkun f'likwidazzjoni u tkun bdiet tiddistribwixxi assi lill-membri tagħha;

▼M4

(b) 

il-kumpannija hija soġġetta għal għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.

▼M3

Artikolu 160a 5.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-Kapitolu għal kumpaniji li jkunu:

(a) 

soġġetti għal proċedimenti ta' insolvenza jew oqfsa ta' ristrutturar preventiv;

(b) 

soġġetti għal proċedimenti ta' likwidazzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4; jew

▼M4

(c) 

is-suġġett ta miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet kif definit fil punt (101) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/23.

▼M3

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.