Artikolu 160c
Proċeduri u formalitajiet
F’konformità tmal-liġi tal-Unjoni, il-liġi tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandha tirregola dawk il-partijiet tal-proċeduri u l-formalitajiet li magħhom għandu jkun hemm konformità b'rabta mad-diviżjoni transkonfinali biex jinkiseb iċ-ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni, u l-liġijiet tal-Istati Membri tal-kumpaniji reċipjenti għandhom jirregolaw dawk il-partijiet tal-proċeduri u l-formalitajiet li magħhom għandu jkun hemm konformità wara r-riċezzjoni taċ-ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni.