+Artikolu 160j Protezzjoni tal-kredituri
---+Artikolu 160j 1.
---+Artikolu 160j 2.
---+Artikolu 160j 3.
---+Artikolu 160j 4.

Artikolu 160j Protezzjoni tal-kredituri

Protezzjoni tal-kredituri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 160j 1.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom oriġinaw qabel l-iżvelar tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali u li ma jkunux saru esiġibbli fil-mument tal-iżvelar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri li ma jkunux sodisfatti bis-salvagwardji offruti fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, kif previst fil-punt (q) tal-Artikolu 160d, ikunu jistgħu japplikaw, fi żmien tliet xhur mill-iżvelar tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali msemmi fl-Artikolu 160g, mal-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja xierqa għal salvagwardji adegwati, dment li tali kredituri jkunu jistgħu juru b'mod kredibbli li, minħabba d-diviżjoni transkonfinali, il-pretensjonijiet tagħhom jistgħu ma jiġux sodisfatti u li l-ebda salvagwardja adegwata ma tkun inkisbet mill-kumpanija.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-salvagwardji jkunu kkondizzjonati milli d-diviżjoni transkonfinali ssir effettiva skont l-Artikolu 160q.

Artikolu 160j 2.
Fejn kreditur tal-kumpanija li qed tiġi diviża ma jingħatax sodisfazzjon mill-kumpanija li lilha tkun ġiet allokata r-responsabbiltà, il-kumpaniji reċipjenti l-oħra, u fil-każ ta' diviżjoni parzjali jew diviżjoni b'separazzjoni, il-kumpanija li qed tiġi diviża, għandhom ikunu responsabbli in solidum mal-kumpanija li lilha tkun ġiet allokata r-responsabbiltà għal dak l-obbligu. Madankollu, l-ammont massimu ta' responsabbiltà in solidum ta' kwalunkwe kumpanija involuta fid-diviżjoni għandu jkun limitat għall-valur, fid-data li fiha ssir effettiva d-diviżjoni, tal-assi netti allokati lil dik il-kumpanija.
Artikolu 160j 3.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija li qed tiġi diviża jipprovdi dikjarazzjoni li tirrifletti b'mod preċiż l-istatus finanzjarju tagħha f'data li ma għandhiex tkun aktar kmieni minn xahar qabel l-iżvelar ta' dik id-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tkun li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija li qed tiġi diviża fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni, u wara li jkun sar l-istħarriġ raġonevoli, dak il-korp amministrattiv jew maniġerjali ma jkun jaf b'ebda raġuni għala kwalunkwe kumpanija reċipjenti u, fil-każ ta' diviżjoni parzjali, il-kumpanija li qed tiġi diviża, ma jkunux jistghu, wara li ssir effettiva d-diviżjoni, jissodisfaw ir-responsabbiltajiet allokati lilhom taħt l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, meta jsiru esiġibbli dawk ir-responsabbiltajiet. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi żvelata flimkien mal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali f'konformità mal-Artikolu 160g.
Artikolu 160j 4.
Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża fir-rigward tal-adempiment jew l-assigurar tal-obbligazzjonijiet ta’ flus jew mhux ta’ flus dovuti lil korpi pubbliċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.