+Artikolu 7 Obbligi tal-Istati Membri
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Obbligi tal-Istati Membri

Obbligi tal-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
L-Istati Membri m'għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta' prodotti li huma konformi ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti.
Artikolu 7 2.
Meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal prodott speċifikat f'att delegat, dawk l-inċentivi għandhom iżommu fil-mira l-ogħla żewġ klassijiet ta' effiċjenza enerġetika popolati b'mod sinifikanti, jew klassijiet ogħla kif stabbilit f'dak l-att delegat.
Artikolu 7 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-introduzzjoni tat-tikketti u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti ssir flimkien ma' kampanji ta' informazzjoni edukattivi u promozzjonali dwar it-tikkettar tal-enerġija, jekk xieraq f'kooperazzjoni mal-fornituri u n-negozjanti. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward ta' dawk il-kampanji, inkluż permezz tar-rakkomandazzjoni tal-messaġġi ewlenin komuni.
Artikolu 7 4.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni u l-mekkaniżmi ta' infurzar applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Ir-regoli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/30/UE għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu fir-rigward tal-pieni.

L-Istati Membri għandhom sal-1 ta' Awwissu 2017, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda suċċessiva li taffettwahom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.