|
+ANNESS Ib Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u għat-trajettorja għall-mili |
ANNESS Ib Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u għat-trajettorja għall-mili
ANNESS Ib Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u għat-trajettorja għall-mili Fir-rigward tal-mira tal-mili u tat-trajettorja għall-mili skont l-Artikolu 6a, ir-Repubblika Slovakka u ċ-Ċekja jikkondividu r-responsabbiltà fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħżin ta’ Dolní Bojanovice. Il-proporzjon eżatt u l-firxa ta’ dik ir-responsabbiltà tar-Repubblika Slovakka u taċ-Ċekja huma soġġetti għal ftehim bilaterali ta’ dawk l-Istati Membri. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u f’konformità mal-Artikolu 11(6), il-punt (b), ir-Repubblika Slovakka u ċ-Ċekja għandhom jiżguraw li, meta tiġi ddikjarata kriżi skont dan ir-Regolament, ma tiġi introdotta l-ebda miżura li taffettwa l-faċilità tal-ħżin ta’ Dolní Bojanovice li x’aktarx tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass jew x’aktarx timmina l-kapaċità tal-impriżi tal-gass naturali li jfornu l-gass lill-klijenti protetti f’konformità mal-istandard nazzjonali tal-provvista tal-gass. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|