|
+ANNESS VIII |
ANNESS VIII
ANNESS VIII Lista ta' miżuri għas-sigurtà tal-provvista tal-gass mhux ibbażati fuq is-suq Fl-iżvilupp tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra il-kontribut tal-lista ta' miżuri indikattiva u mhux eżawrjenti li ġejjin f'każ ta' xi emerġenza biss:
(a)
miżuri fin-naħa tal-provvista:
—
użu ta' ħżin strateġiku tal-gass,
—
użu obbligatorju ta' ħażniet ta' karburanti alternattivi (eż. f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (
25
)),
—
użu obbligatorju ta' elettriku ġġenerat minn sorsi oħrajn minbarra gass,
—
żieda obbligatorja ta' livelli ta' produzzjoni ta' gass,
—
irtirar obbligatorju tal-ħażniet;
(b)
miżuri fin-naħa tad-domanda:
—
diversi passi ta' tnaqqis obbligatorju fid-domanda li jinkludu:
—
tibdil obbligatorju ta' karburant,
—
użu obbligatorju ta' kuntratti interrompibbli, fejn ma jintużawx kompletament bħala parti minn miżuri bbażati fuq is-suq,
—
tnaqqis kbir obbligatorju tat-tagħbija.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|