+Artikolu 1 Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.

Artikolu 1 Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolamentazzjoni tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tan-netwerks tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi assoċjati, u għal ċerti aspetti tat-tagħmir terminali. Din tistabbilixxi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, ta’ awtoritajiet kompetenti oħra, u tistabbilixxi lista ta’ proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f’kull parti tal-Unjoni.
Artikolu 1 2.

L-għanijiet ta’ din id-Direttiva huma li:

(a) 

timplimenta suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jwassal għall-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks b’kapaċità kbira ħafna, kompetizzjoni sostenibbli, interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, aċċessibbiltà, sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi u benefiċċji għall-utenti finali; u

(b) 

tiżgura l-forniment fl-Unjoni kollha ta’ servizzi affordabbli, ta’ kwalità tajba u disponibbli pubblikament permezz ta’ kompetizzjoni u għażla effettivi, li tittratta ċ-ċirkostanzi fejn il-ħtiġijiet tal-utenti finali, fosthom dawk b’diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jiksbu aċċess għas-servizzi fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, ma jiġux sodisfatti biżżejjed mis-suq, u tistabbilixxi d-drittijiet meħtieġa tal-utenti finali.

Artikolu 1 3.

Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal:

(a) 

obbligi imposti mil-liġi nazzjonali b’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi provduti bl-użu ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b) 

miżuri li ttieħdu fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li jsegwu l-objettivi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva;

(c) 

azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri għal finijiet ta’ ordni pubbliku u sigurtà pubblika u għad-difiża;

(d) 

Regolamenti (UE) Nru 531/2012 u (UE) 2015/2120, u d-Direttiva 2014/53/UE.

Artikolu 1 4.
Il-Kummissjoni, il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“BEREC”) u l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jiżguraw il-konformità tal-ipproċessar ta’ data personali mar-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.