L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qed jitwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jieħdu miżuri kollha meħtieġa u proporzjonati biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2. L-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju (“RSPG”), u l-BEREC għandhom ukoll jikkontribwixxu biex jinkisbu dawk l-objettivi.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jikkontribwixxu skont il-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ politiki mmirati lejn il-promozzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll tal-pluraliżmu tal-media.