Artikolu 14
Dikjarazzjonijiet biex jeħfief l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ installazzjoni tal-faċilitajiet u tad-drittijiet ta’ interkonnessjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien ġimgħa mit-talba ta’ xi impriża, joħorġu dikjarazzjonijiet standardizzati li jkunu jikkonfermaw, fejn applikabbli, li l-impriża tkun ippreżentat notifika taħt l-Artikolu 12(3). Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jagħtu d-dettalji dwar iċ-ċirkostanzi li taħthom kwalunkwe impriża li tipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jkollha d-dritt li tapplika għal drittijiet biex tinstalla faċilitajiet, tinnegozja interkonnessjoni, u tikseb aċċess jew interkonnessjoni, sabiex ikun faċilitat l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet, pereżempju f’livelli oħra tal-gvern jew b’rabta ma’ impriżi oħrajn. Fejn xieraq, tali dikjarazzjonijiet jistgħu jinħarġu wkoll bħala risposta awtomatika wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 12(3).