+Artikolu 19 Limitazzjoni jew irtirar tad-drittijiet
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.

Artikolu 19 Limitazzjoni jew irtirar tad-drittijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 (5) u (6), l-Istati Membri ma għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet ta’ intallazzjoni tal-faċilitajiet jew id-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li għalih ikunu ngħataw, ħlief fejn dan ikun ġustifikat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u, fejn applikabbli, b’konformità mal-Anness I, u ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għall-irtirar ta’ drittijiet.
Artikolu 19 2.
B’konformità mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, jew it-twettiq ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika adottati taħt l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-limitazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, inklużi d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 49 ta’ din id-Direttiva, abbażi ta’ proċeduri stabbiliti minn qabel u definiti b’mod ċar, b’konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni. F’tali każijiet, id-detenturi tad-drittijiet jistgħu, fejn xieraq u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, jiġu kkumpensati b’mod adatt.
Artikolu 19 3.
Modifika fl-użu tal-ispektrum tar-radju minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) jew (5) ma għandhiex, waħedha, tiġġustifika l-irtirar ta’ dritt ta’ użu għall-ispektrum tar-radju.
Artikolu 19 4.
Kwalunkwe intenzjoni li jiġu limitati jew irtirati drittijiet taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 23.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.