+Artikolu 23 Mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u trasparenza
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
|
Artikolu 23 Mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u trasparenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Għajr f’każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 26 jew 27 jew l-Artikolu 32(10), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jkollhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri skont din id-Direttiva, jew meta jkollhom l-intenzjoni jipprevedu restrizzjonijiet skont l-Artikolu 45(4) u (5), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, dawn jagħtu l-opportunità lill-partijiet konċernati biex jikkummentaw fuq l-abbozz tal-miżura fi żmien raġonevoli, filwaqt li jkunu qiesu l-kumplessità tal-kwistjoni u, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn 30 jum.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 35, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-RSPG fil-mument tal-pubblikazzjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ miżura li taqa’ fl-ambitu tal-proċedura ta’ għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 55 (2) u tkun relatata mal-użu tal-ispektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jippermetti l-użu tiegħu għal netwerks u servizzi broadband bla fili tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (“netwerks u servizzi ta’ broadband bla fili”).
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw il-proċeduri tal-konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta’ informazzjoni li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu aċċessati l-konsultazzjonijiet attwali kollha.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ informazzjoni kunfidenzjali skont regoli tal-Unjoni u regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|