+Artikolu 26 Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.

Artikolu 26 Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Fil-każ ta’ tilwim li jinqala’ b’rabta mal-obbligi eżistenti skont din id-Direttiva bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru, jew bejn dawn l-impriżi u impriżi oħra fl-Istat Membru li jibbenefika mill-obbligi tal-aċċess jew tal-interkonnessjoni jew bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru u l-fornituri tal-faċilitajiet assoċjati, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, meta titlobha xi waħda mill-partijiet u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-iqsar żmien possibbli abbażi ta’ proċeduri ċari u effiċjenti, u f’kull każ fi żmien erba’ xhur għajr f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtorità regolatorja nazzjonali.
Artikolu 26 2.
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jirrifjutaw li jsolvu t-tilwim fejn mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, ikunu jeżistu u jkunu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fi żmien qasir u skont l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-partijiet dwar dan mingħajr dewmien. Jekk, wara erba’ xhur, it-tilwim ma jissolviex, u jekk it-tilwim ma jkunx tressaq quddiem il-qorti mill-parti li tkun qed tfittex rimedju, l-awtorità regolatorja nazzjonali, meta tintalab minn xi waħda mill-partijiet, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-inqas żmien possibbli u f’kull każ fi żmien erba’ xhur.
Artikolu 26 3.
Għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu deċiżjonijiet immirati biex tikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Kull obbligu impost fuq impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandu jkun konformi ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 26 4.
Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha ssir aċċessibbli għall-pubbliku, b’kont meħud tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità -kummerċjali. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-partijiet konċernati dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni.
Artikolu 26 5.
Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tressaq l-azzjoni quddiem il-qrati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.