+Artikolu 27 Riżoluzzjoni ta’ tilwim transfruntier
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.

Artikolu 27 Riżoluzzjoni ta’ tilwim transfruntier

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
Fil-każ ta’ tilwim li jinqala’ taħt din id-Direttiva bejn l-impriżi fi Stati Membri differenti, għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal tilwim relatat mal-koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju koperta bl-Artikolu 28.
Artikolu 27 2.
Kull parti tista’ tirreferi t-tilwim lill-awtorità jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. Fejn it-tilwim jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw it-tilwim lill-BEREC sabiex tinstab soluzzjoni konsistenti għat-tilwim, skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 27 3.
Fejn tkun saret tali notifika, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni biex jistieden lill-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati biex jieħdu azzjoni speċifika ħalli jissolva t-tilwim jew biex ma jieħdu l-ebda azzjoni, fl-iqsar żmien possibbli, u f’kull każ fi żmien erba’ xhur għajr f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
Artikolu 27 4.
L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel ma jieħdu azzjoni biex jirriżolvu t-tilwim. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni, ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti finali, kull waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti tista’ tieħu l-inizjattiva hi stess jew titlob lill-partijiet biex jiġu adottati miżuri provviżorji.
Artikolu 27 5.
Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala parti mir-riżoluzzjoni t-tilwim għandu jkun konformi ma’ din id-Direttiva, u jqis bis-sħiħ l-opinjoni adottata mill-BEREC, jiġi adottat fi żmien xahar minn tali opinjoni.
Artikolu 27 6.
Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.