+Artikolu 31 Dritt ta’ appell
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
|
Artikolu 31 Dritt ta’ appell
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilitajiet assoċjati li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jkollhom id-dritt li jappellaw kontra dik id-deċiżjoni quddiem korp tal-appell li jkun indipendenti għalkollox mill-partijiet involuti u ta’ kull intervent estern jew pressjoni politika li tista’ tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemha. Dan il-korp, li jista’ jkun qorti, għandu jkollu l-kompetenza xierqa biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ jitqiesu kif xieraq.
Sa meta jkun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tibqa’ tgħodd, sakemm ma jkunux ingħataw miżuri proviżorji skont il-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 31 2.
|
Fejn il-korp tal-appell imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx ta’ natura ġudizzjarja, għandu xorta waħda jagħti raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjoni tiegħu. Barra minn hekk, skont il-każ, id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun soġġetta għar-rieżami minn qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 tat-TFUE.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu għall-appell ikun effettiv.
|
|
Artikolu 31 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġett ġenerali tal-appelli, in-numru tat-talbiet għall-appell, id-durata tal-proċedimenti tal-appell u n-numru tad-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jiġu konċeduti miżuri proviżorji. L-Istati Membri għandhom jipprovdu tali informazzjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet jew is-sentenzi, lill-Kummissjoni u lill-BEREC fuq talba motivata minnhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|