+Artikolu 38 Proċeduri ta’ armonizzazzjoni
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
|
Artikolu 38 Proċeduri ta’ armonizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
Fejn il-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni tista’, wara li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, jew tal-RSPG fejn rilevanti, tadotta rakkomandazzjonijiet jew, soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, deċiżjonijiet, permezz ta’ atti ta’ implementazzjoni, biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta’ din id-Direttiva u sabiex ikomplu jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
|
|
Artikolu 38 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jieħdu kont bis-sħiħ tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tagħżel li ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu biss l-identifikazzjoni ta’ approċċ armonizzat jew ikkoordinat bl-iskop li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
l-implimentazzjoni inkonsistenti ta’ approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 64 u 67, meta dan joħloq ostaklu għas-suq intern; tali deċiżjonijiet ma għandhomx jirreferu għal notifiki speċifiċi maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 32; f’tali każ, il-Kummissjoni ma għandhiex tipproponi abbozz ta’ deċiżjoni ħlief:
(i)
wara li jkunu għaddew mill-inqas sentejn mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkun titratta l-istess kwistjoni, u
(ii)
wara li tkun ħadet kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC dwar il-każ għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, li għandha tkun pprovduta mill-BEREC fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Kummissjoni;
(b)
in-numerazzjoni, inkluż il-firxiet tan-numri, il-portabilità tan-numri u tal-elementi ta’ identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”.
|
|
Artikolu 38 4.
|
L-atti ta’ implementazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).
|
|
Artikolu 38 5.
|
Il-BEREC jista’, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tiġi adottata skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 38 6.
|
Jekk il-Kummissjoni ma tkunx adottat la rakkommandazzjoni u lanqas deċiżjoni fi żmien sena mid-data tal-adozzjoni ta’ opinjoni mill-BEREC li tindika l-eżistenza ta’ diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva li jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, hija għandha tinforma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill bir-raġunijiet talli m’għamlitx hekk, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.
Fejn il-Kummissjoni tkun adottat rakkommandazzjoni skont il-paragrafu 1, iżda l-implimentazzjoni inkonsistenti li qed toħloq ostakli għas-suq intern tippersisti għal sentejn mill-adozzjoni, il-Kummissjoni għandha, soġġett għall-paragrafu 3, tadotta deċiżjoni permezz ta’ atti ta’ implementazzjoni skont il-paragrafu 4.
Fejn il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni fi żmien sena ulterjuri minn kwalunkwe rakkommandazzjoni adottata skont it-tieni subparagrafu, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bir-raġunijiet għalfejn m’għamlitx hekk, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|