+Artikolu 39 Standardizzazzjoni
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.
---+Artikolu 39 7.
---+Artikolu 39 8.

Artikolu 39 Standardizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
Il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet mhux obbligatorji biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provvista armonizzata ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati jew servizzi. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ titlob, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva (UE) 2015/1535, li l-istandards imħejjija mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec), u l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI)).
Artikolu 39 2.

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-provvista ta’ servizzi, interfaċċi tekniċi jew funzjonijiet tan-netwerks, sa fejn strettament meħtieġ biex tiġi żgurata interoperabilità tas-servizzi, konnettività minn tarf sa tarf, faċilitazzjoni ta’ bdil ta’ fornituri u portabilità tan-numri u identifikaturi, u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

Fejn ma jkunux ġew pubblikati standards jew speċifikazzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ standards jew speċifikazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni.

Fin-nuqqas ta’ tali standards jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

Fejn jeżistu standards internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni li jużawhom, jew il-partijiet rilevanti tagħhom, bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief fejn dawk l-istandards internazzjonali jew partijiet rilevanti jkunu ineffettivi.

Kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew f’dan il-paragrafu ma għandhomx jimpedixxu l-aċċess kif ikun meħtieġ taħt din id-Direttiva, meta dan ikun fattibbli.

Artikolu 39 3.
Jekk l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew adegwatament implimentati sabiex l-interoperabilità tas-servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar ma tkunx tista’ tiġi żgurata, l-implimentazzjoni ta’ dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet tista’ ssir obbligatorja taħt il-proċedura stipulata fil-paragrafu 4, sa fejn strettament meħtieġ biex tiġi żgurata dik l-interoperabilità u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.
Artikolu 39 4.
Fejn il-Kummissjoni tkun biħsiebha tagħmel l-implimentazzjoni ta’ ċerti standards jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji fil-lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 39 5.
Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jikkontribwixxux aktar għall-provvista ta’ servizzi armonizzati ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha tneħħihom mil-lista ta’ standards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 39 6.
Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 m’għadhomx jikkontribwixxu għall-provvista ta’ servizzi armonizzati ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma għadhomx aktar jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 39 7.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).
Artikolu 39 8.
Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta’ xi wieħed mir-rekwiżiti essenzjali, speċifikazzjonijiet ta’ interfaċċja jew standards armonizzati li għalihom tapplika d-Direttiva 2014/53/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.