|
+Artikolu 45 2. |
Artikolu 45 2.L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju minn netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mal-Unjoni kollha, b’konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu fi tfittxija għal benefiċċji għall-konsumatur bħal kompetizzjoni, ekonomiji ta’ skala u interoperabbiltà ta’ netwerks u servizzi. Waqt li jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, fost l-oħrajn billi:
(a)
jippruvaw jiksbu kopertura broadband bla fili tat-territorju nazzjonali u tal-popolazzjoni tagħhom ta’ kwalità u ta’ veloċità għolja, kif ukoll kopertura tar-rotot tat-trasport nazzjonali u Ewropej ewlenin, inkluż in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(b)
jiffaċilitaw l-iżvilupp rapidu fl-Unjoni ta’ teknoloġiji u ta’ applikazzjonijiet ġodda ta’ komunikazzjonijiet bla fil, inkluż meta jkun xieraq, f’approċċ transsettorjali;
(c)
jiżguraw il-prevedibbiltà u l-konsistenza fl-għoti, it-tiġdid, l-emendar, il-limitazzjoni u l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju sabiex jiġu promossi investimenti fit-tul;
(d)
jiżguraw, skont l-Artikoli 28 u 46 rispettivament, il-prevenzjoni ta’ interferenza transfruntiera jew nazzjonali li tkun dannuża, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa u ta’ rimedju għal dak l-iskop;
(e)
jippromwovu l-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju bejn użi simili jew differenti tal-ispektrum tar-radju skont id-dritt tal-kompetizzjoni;
(f)
japplikaw l-iżjed sistema xierqa u l-inqas sistema oneruża ta’ awtorizzazzjoni possibbli skont l-Artikolu 46 b’tali mod li jiġu mmassimizzati l-flessibbiltà, il-kondiviżjoni u l-effiċjenza fl-użu tal-ispektrum tar-radju;
(g)
japplikaw regoli għall-għoti, għat-trasferiment, għat-tiġdid, għall-modifikazzjoni u għall-irtirar tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju li jkunu stabbiliti b’mod ċar u trasparenti sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza, il-konsistenza u l-prevedibbiltà regolatorji;
(h)
jippruvaw jiksbu konsistenza u prevedibbiltà fl-Unjoni kollha rigward il-mod kif l-użu tal-ispektrum tar-radju jiġi awtorizzat biex tiġi protetta s-saħħa pubblika b’kont meħud tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, u fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika għal banda tal-ispektrum tar-radju taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-RSPG joħroġ opinjoni li tirrakkomanda l-aktar reġimi adatti ta’ awtorizzazzjoni għall-użu tal-ispektrum tar-radju f’dik il-banda jew f’partijiet minnha. Fejn xieraq u filwaqt li jieħu kont bis-sħiħ ta’ dik l-opinjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjoni bil-ħsieb li jiġi promoss approċċ konsistenti fl-Unjoni fir-rigward tar-reġimi ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dik il-banda. Fejn il-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra l-adozzjoni ta’ miżuri skont l-Artikolu 39 (1), (4), (5) u (6), hija tista’ titlob l-opinjoni tal-RSPG fir-rigward tal-implikazzjonijiet ta’ kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni bħal din għall-koordinazzjoni, għall-armonizzazzjoni u għad-disponibbiltà tal-ispektrum tar-radju. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-RSPG meta tieħu kwalunkwe pass sussegwenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|