+Artikolu 45 5.

Artikolu 45 5.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jkunu provduti fl-ispektrum tar-radju ddikjarat disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan ta’ Allokazzjoni ta’ Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u nondiskriminatorji fuq it-tipi ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ser ikunu pprovduti, inkluż, fejn hu meħtieġ, biex jiġi sodisfatt rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-ITU dwar ir-Radju.

Miżuri li jeħtieġu li jiġi provdut servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi f’banda speċifika disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikun ġustifikati sabiex jiġi żgurat l-adempiment ta’ objettiv ta’ interess ġenerali kif stabbilit mill-Istati Membri taħt il-liġi tal-Unjoni, inkluż iżda mhux limitat għal:

(a) 

sikurezza tal-ħajja;

(b) 

il-promozzjoni ta’ koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali;

(c) 

l-evitar ta’ użu ineffiċjenti tal-ispektrum tar-radju; jew

(d) 

il-promozzjoni ta’ diversità kulturali u lingwistika u pluraliżmu tal-media, pereżempju il-forniment ta’ servizzi ta’ xandir bir-radju u t-televiżjoni.

Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta’ kull servizz ieħor ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi f’medda speċifika tista’ tiġi prevista biss fejn tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti s-servizzi tas-sikurezza tal-ħajja. L-Istati Membri jistgħu, b’mod eċċezzjonali, jestendu wkoll tali miżura sabiex jissodisfaw għanjiet ta’ interess ġenerali oħrajn kif stabbiliti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.