+Artikolu 48 L-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
|
Artikolu 48 L-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Fejn ikun meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, meta mitluba, lil kull impriża għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 12, soġġett għall-Artikolu 13, għall-punt (c) tal-Artikolu 21(1) u għall-Artikolu 55, u għal kwalunkwe regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta’ dawk ir-riżorsi f’konformità ma’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 48 2.
|
Mingħajr preġudizzju għal kriterji u proċeduri speċifiċi adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju lil fornituri ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali skont il-liġi tal-Unjoni, id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, uskont l-Artikolu 45.
|
|
Artikolu 48 3.
|
Tista’ tapplika eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ proċeduri miftuħa fejn l-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju lill-fornituri ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ interess ġenerali kif definit mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 48 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għal drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju fil-kuntest tal-proċeduri tal-għażla skont kriterji ta’ eliġibbiltà oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji li jiġu stabbiliti minn qabel u li jirriflettu l-kondizzjonijiet li jridu jiġu marbuta ma’ dawn id-drittijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-informazzjoni neċessarja kollha mill-applikanti biex jivvalutaw, abbażi ta’ dawk il-kriterji, il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw ma’ dawk il-kondizzjonijiet. Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li applikant ma għandux l-abilità meħtieġa, din għandha tagħti deċiżjoni motivata b’mod xieraq għal dan.
|
|
Artikolu 48 5.
|
Meta jagħtu drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti jew leased mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kondizzjonijiet. L-Artikoli 45 u 51 għandhom japplikaw.
|
|
Artikolu 48 6.
|
L-awtorità kompetenti għandha tieħu, tikkomunika u tagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju malajr kemm jista’ jkun wara r-riċezzjoni tal-applikazzjoni kompluta u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ ta’ spektrum tar-radju dikjarat disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tal-Frekwenzi. Dak il-limitu ta’ żmien għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(7) u għal kwalunkwe ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispektrum tar-radju jew ta’ pożizzjonijiet orbitali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|