+Artikolu 62 Sistemi ta’ aċċess kondizzjonali u faċilitajiet oħra
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
|
Artikolu 62 Sistemi ta’ aċċess kondizzjonali u faċilitajiet oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 62 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li il-kondizzjonijiet stipulati fil-Parti I tal-Anness II japplikaw b’relazzjoni mal-aċċess kondizzjonali għas-servizzi ta’ televiżjoni u ta’ radju diġitali mxandra lit-telespettaturi u s-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezz ta’ trażmissjoni.
|
|
Artikolu 62 2.
|
Fejn, bħala riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67(1), awtorità regolatorja nazzjonali ssib li impriża waħda jew aktar ma jkollhomx saħħa sinifikanti tas-suq fis-suq rilevanti, hija tista’ temenda jew tirtira l-kondizzjonijiet fir-rigward ta’ dawk l-impriżi, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32, biss sa fejn:
(a)
l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u l-kanali u s-servizzi tax-xandir speċifikati skont l-Artikolu 114 ma jintlaqtux ħażin b’dik l-emenda jew dak l-irtirar; u
(b)
il-prospetti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq li ġejjin ma jintlaqtux ħażin b’tali emenda jew irtirar:
(i)
servizzi bl-imnut ta’ xandir bit-televiżjoni u bir-radju diġitali; u
(ii)
sistemi għall-aċċess kondizzjonali u faċilitajiet assoċjati oħra.
Għandu jingħata perijodu adatt ta’ avviż lill-partijiet affettwati b’tali emenda jew irtirar tal-kondizzjonijiet.
|
|
Artikolu 62 3.
|
Il-kondizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi b’relazzjoni mal-aspett ta’ preżentazzjoni ta’ EPGs u faċilitajiet ta’ elenkar u ta’ navigazzjoni simili.
|
|
Artikolu 62 4.
|
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom, kemm jista’ jkun malajr wara l-20 ta’ Diċembru 2018 u perjodikament wara, li jirrieżaminaw il-kondizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu, billi jwettqu analiżi tas-suq skont l-Artikolu 67(1) biex jiddeterminaw jekk iżommux, jemendawx jew jirtirawx il-kondizzjonijiet applikati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|