+Artikolu 97 L-aċċess għan-numri u għas-servizzi
---+Artikolu 97 1.
---+Artikolu 97 2.
|
Artikolu 97 L-aċċess għan-numri u għas-servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 97 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ekonomikament fattibbli, ħlief meta utent finali msejjaħ ikun għażel, għal raġunijiet kummerċjali, li jillimita l-aċċess minn sejħiet li jinsabu f’żoni ġeografiċi speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu:
(a)
ikollhom aċċess u jużaw servizzi bl-użu ta’ numri nonġeografiċi fl-Unjoni; u
(b)
ikollhom aċċess għan-numri kollha provduti fl-Unjoni, irrispettivament mit-teknoloġija u t-tagħmir użat mill-operatur, inklużi dawk fil-pjani ta’ numerazzjoni tal-Istati Membri u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN).
|
|
Artikolu 97 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet oħra kompetenti jkunu jistgħu jeżiġu li l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jimblukkaw fuq bażi każ b’każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ frodi jew użu ħażin, u li jeħtieġu li f’tali każijiet fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jżommu interkonnessjoni rilevanti jew dħul ieħor minn sevizzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|