+Artikolu 117 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 117 1.
---+Artikolu 117 2.
---+Artikolu 117 3.
---+Artikolu 117 4.
---+Artikolu 117 5.
---+Artikolu 117 6.
|
Artikolu 117 Eżerċizzju tad-delega
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 117 1.
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 117 2.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 75, 109 u 116 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-20 ta’ Diċembru 2018 ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
|
|
Artikolu 117 3.
|
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 75, 109 u 116 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 117 4.
|
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti deżinjati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
|
|
Artikolu 117 5.
|
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.
|
|
Artikolu 117 6.
|
L-att delegat adottat skont l-Artikoli 75, 109 u 116 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|