|
+ANNESS XI INTEROPERABBILTÀ TA’ RIĊEVITURI TAR-RADJU TAL-KAROZZA U TA’ TAGĦMIR TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI TAL-KONSUMATUR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 113 |
ANNESS XI INTEROPERABBILTÀ TA’ RIĊEVITURI TAR-RADJU TAL-KAROZZA U TA’ TAGĦMIR TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI TAL-KONSUMATUR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 113
ANNESS XI INTEROPERABBILTÀ TA’ RIĊEVITURI TAR-RADJU TAL-KAROZZA U TA’ TAGĦMIR TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI TAL-KONSUMATUR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 113 1. Scrambling algorithm komuni u riċezzjoni free-to-air It-tagħmir kollu tal-konsumatur maħsub għar-riċezzjoni ta’ sinjali diġitali tat-televiżjoni (jiġifieri xandir permezz ta’ trażmissjoni terrestri, bil-cable jew bis-satellita), għall-bejgħ jew kera jew xort’oħra magħmula disponibbli fl-Unjoni, kapaċi għal descrambling ta’ sinjali diġitali tat-televiżjoni, għandu jkollu l-kapaċità li:
(a)
jippermetti descrambling ta’ tali sinjali skont scrambling algorithm komuni Ewropew kif amministrat mill-organizzazzjoni rikonoxxuta Ewropea tal-istandardizzazzjoni, attwalment l-ETSI,
(b)
juri sinjali li jkunu ġew trażmessi sakemm, fil-każ li dak it-tagħmir jiġi mikri, il-kerrej ikun f’konformità mal-ftehim rilevanti tal-kiri. 2. Interoperabilità għal settijiet tat-televiżjoni diġitali Kwalunkwe sett diġitali tat-televiżjoni bi skrin integrali ta’ djagunal viżibbli ta’ aktar minn 30 cm li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni għandu jkun iffittjat b’tal-anqas konnessjoni waħda miftuħa (jew standardizzata minn, jew li tikkonforma ma’ standard adottat minn, organizzazzjoni Ewropej rikonoxxuti tal-istandardizzazzjoni, jew li tikkonforma ma’ speċifikazzjoni ta’ industrija kollha) li jippermetti konnessjoni sempliċi għall-periferali, u li jkun jista’ jgħaddi l-elementi rilevanti kollha ta’ sinjal diġitali televiżiv, inkluża informazzjoni li tirrelata ma’ servizzi interattivi u kondizzjonalment aċċessati. 3. Interoperabbiltà għal riċevituri tar-radju tal-karozza Kwalunkwe riċevitur tar-radju integrat f’vettura ġdida tal-kategorija M li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni mill-21 ta’ Diċembru 2020 għandu jinkludi riċevitur li kapaċi jirċievi u jirriproduċi mill-inqas servizzi tar-radju pprovduti permezz ta’ xandir bir-radju terrestri. Ir-riċevituri li jkunu konformi ma’ standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma’ partijiet minnhom għandhom jitqiesu bħala li jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|