Artikolu 7
Informazzjoni lill-konsumaturi
Għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE, in-negozjanti kollha li jikkonkludu kuntratti ta' bejgħ mal-konsumaturi li jinkludu l-bgħit tal-pakketti transkonfini għandhom, fejn ikun possibbli u applikabbli, jagħmlu disponibbli, fl-istadju prekuntrattwali, informazzjoni dwar l-għażliet ta' konsenja transkonfini b'rabta mal-kuntratt ta' bejgħ speċifiku u l-imposti pagabbli mill-konsumaturi għall-konsenja tal-pakketti transkonfini, kif ukoll, fejn applikabbli, il-politiki tagħhom stess għat-trattament tal-ilmenti.