+Artikolu 4 2.

Artikolu 4 2.

Id-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni għandha tagħti dettalji dwar dawn li ġejjin:

(a) 

id-dikjarant, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni;

(b) 

sid il-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn is-sid ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn is-sid ikun persuna ġuridika;

(c) 

l-ispeditur tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn l-ispeditur ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn l-ispeditur ikun persuna ġuridika;

(d) 

ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna ġuridika;

(e) 

in-natura u l-ammont jew il-valur tal-flus kontanti;

(f) 

il-provenjenza ekonomika tal-flus kontanti; u

(g) 

l-użu intenzjonat tal-flus kontanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.