+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
|
Artikolu 1 Suġġett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal:
(a)
l-istabbiliment u l-operat ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi liċ-ċittadini u lin-negozju aċċess faċli għal informazzjoni ta’ kwalità għolja, għal proċeduri effiċjenti u għal servizzi effettivi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi fir-rigward ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw jew għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mogħtija mil-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 26(2) tat-TFUE;
(b)
l-użu ta’ proċeduri minn utenti transfruntiera u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss” b’rabta mal-proċeduri elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE;
(c)
ir-rapportar dwar l-ostakli fis-suq intern ibbażat fuq il-ġbir ta’ feedback mingħand l-utenti u statistika mingħand is-servizzi koperti mill-gateway.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Meta dan ir-Regolament ikollu kunflitt ma’ dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi tas-suġġett kopert b’dan ir-Regolament, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni għandha tipprevali.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-sustanza ta’, jew id-drittijiet mogħtija permezz ta’, kwalunkwe proċedura stipulata fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali fi kwalunkwe qasam irregolat minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-miżuri meħuda skont il-liġi tal-Unjoni biex jissalvagwardjaw iċ-ċibersigurtà u jipprevjenu frodi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|