+Artikolu 14 Sistema teknika għall-iskambju transfruntier awtomatizzat ta’ evidenza u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss”
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.

Artikolu 14 Sistema teknika għall-iskambju transfruntier awtomatizzat ta’ evidenza u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Għall-finijiet ta’ skambju ta’ evidenza għall-proċeduri online elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema teknika għall-iskambju awtomatizzat ta’ evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti (“is-sistema teknika”).
Artikolu 14 2.
Meta l-awtoritajiet kompetenti joħorġu legalment, fl-Istat Membru tagħhom stess u f’format elettroniku li jippermetti l-iskambju awtomatizzat, evidenza li tkun rilevanti għall-proċeduri online msemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jagħmlu din l-evidenza disponibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti rikjedenti minn Stati Membri oħrajn f’format elettroniku li jippermetti l-iskambju awtomatizzat.
Artikolu 14 3.

Is-sistema teknika għandha, b’mod partikolari:

(a) 

tippermetti l-ipproċessar ta’ talbiet għal evidenza fuq it-talba espliċita tal-utent;

(b) 

tippermetti l-ipproċessar ta’ talbiet biex tiġi aċċessata jew skambjata l-evidenza;

(c) 

tippermetti t-trażmissjoni ta’ evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

tippermetti l-ipproċessar tal-evidenza mill-awtorità kompetenti rikjedenti;

(e) 

tiżgura l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-evidenza;

(f) 

tippermetti l-possibbiltà li l-utent ikun jista’ jara minn qabel l-evidenza li se tiġi użata mill-awtorità kompetenti rikjedenti u li jagħżel jekk jipproċedix jew inqas bl-iskambju ta’ evidenza;

(g) 

tiżgura livell adegwat ta’ interoperabbiltà ma’ sistemi rilevanti oħrajn;

(h) 

tiżgura livell għoli ta’ sigurtà għat-trażmissjoni u l-ipproċessar tal-evidenza;

(i) 

ma tipproċessax evidenza lil hinn minn dik li hija teknikament meħtieġa għall-iskambju ta’ evidenza, u biss għat-tul ta’ żmien meħtieġ għal dak il-għan.

Artikolu 14 4.
L-użu tas-sistema teknika m’għandux ikun obbligatorju għall-utenti u għandu jitħalla jsir biss fuq it-talba espliċita tagħhom, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. L-utenti għandhom jitħallew jippreżentaw l-evidenza b’mezzi oħrajn apparti s-sistema teknika u direttament lill-awtorità kompetenti rikjedenti.
Artikolu 14 5.
Il-possibbiltà li tingħata ħarsa minn qabel lejn l-evidenza, imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 3, ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tkun rikjesta għall-proċeduri fejn l-iskambju transfruntier awtomatizzat ta’ data mingħajr din il-ħarsa minn qabel ikun permess skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli. Dik il-possibbiltà li tingħata ħarsa minn qabel lejn l-evidenza għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li tingħata l-informazzjoni skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 14 6.
L-Istati Membri għandhom jintegraw is-sistema teknika kompletament operattivabħala parti mill-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 14 7.
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-proċeduri online msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitolbu evidenza direttament mingħand l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-evidenza fi Stati Membri oħrajn, fuq talba espliċita, mogħtija b’mod ħieles, speċifika, informata u mhux ambigwa tal-utent ikkonċernat, permezz tas-sistema teknika. F’konformitá mal-punt (e) tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti emittenti, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jagħmlu din l-evidenza disponibbli permezz tal-istess sistema.
Artikolu 14 8.
L-evidenza magħmula disponibbli lill-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tkun limitata għal dak li ġie mitlub u għandha tintuża biss minn dik l-awtorità għall-fini tal-proċedura li għaliha ġiet skambjata l-evidenza. L-evidenza skambjata permezz tas-sistema teknika għandha, għall-iskopijiet tal-awtorità kompetenti rikjedenti, tkun meqjusa bħala awtentika.
Artikolu 14 9.
Sat-12 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operattivi tas-sistema teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 14 10.
Il-paragrafi 1 sa 8 ma għandhomx japplikaw għall-proċeduri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni li jipprovdu għal mekkaniżmi differenti għall-iskambju ta’ evidenza, sakemm is-sistema teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu ma tkunx integrata f’dawk il-proċeduri skont ir-regoli tal-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-proċeduri.
Artikolu 14 11.
Il-Kummissjoni u kull wieħed mill-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-iżvilupp, id-disponibbiltà, il-manutenzjoni, is-superviżjoni, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tas-sigurtà tal-partijiet rispettivi tagħhom tas-sistema teknika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.