L-isem li l-gateway għandu jkun magħruf bih u rreklamat mal-pubbliku inġenerali għandu jkun “Your Europe”.
Il-logo li l-gateway ser jkun magħruf bih u rreklamat mal-pubbliku inġenerali għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2019.
Il-logo tal-gateway u link għall-gateway għandhom jiġu magħmula viżibbli u disponibbli fuq is-siti web rilevanti fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali li huma konnessi mal-gateway.