+Artikolu 25 Feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.

Artikolu 25 Feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Sabiex tiġbor informazzjoni diretta mingħand l-utenti dwar is-sodisfazzjon tagħhom bis-servizzi pprovduti permezz tal-gateway u l-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni fih, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-utenti permezz tal-gateway għodda tal-feedback faċli li biha jkunu jistgħu, minnufih wara li jużaw kwalunkwe wieħed mis-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2), jikkummentaw b’mod anonimu dwar il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti fuq il-gateway, tal-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni fih u tal-interfaċċa komuni tal-utent.
Artikolu 25 2.
L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti jista’ jkollhom aċċess għal din l-għodda msemmija fil-paragrafu 1 mill-paġni web kollha li huma parti mill-gateway.
Artikolu 25 3.
Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-koordinaturi nazzjonali għandu jkollhom aċċess dirett għall-feedback tal-utenti miġbur permezz tal-għodda msemmija fil-paragrafu 1 sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw kwalunkwe problema mqajma.
Artikolu 25 4.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu meħtieġa, fuq il-paġni web tagħhom li jkunu parti mill-gateway, li jagħtu lill-utenti l-aċċess għall-għodda tal-feedback tal-utent imsemmija fil-paragrafu 1, meta fuq il-paġni web tagħhom diġà jkun hemm għodda oħra għall-feedback tal-utent b’funzjonalitajiet simili għall-għodda tal-feedback tal-utent imsemmija fil-paragrafu 1 sabiex tiġi mmonitorjata l-kwalità tas-servizz. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-feedback tal-utenti riċevuti permezz tal-għodda għall-feedback tal-utenti tagħhom stess u għandhom jaqsmuh mal-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn.
Artikolu 25 5.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi regoli għall-ġbir u l-qsim tal-feedback tal-utenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.