|
+Artikolu 1 1. |
Artikolu 1 1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' governanza sabiex:
(a)
jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mod konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b’mod partikulari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;
(b)
tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, inkluż, meta jkun xieraq, fil-livell reġjonali, maħsuba biex jinkisbu l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni tal-Enerġija;
(c)
jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta' Pariġi;
(d)
jingħata kontribut għal ċertezza regolatorja akbar kif ukoll għal ċertezza akbar lill-investituri u għajnuna sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku, l-istimolu tal-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali. Il-mekkaniżmu ta' governanza hu bbażat fuq l-istrateġiji fit-tul, il-pjanijiet nazzjonali integrati fit-tul dwar l-enerġija u l-klima li jkopru perijodi ta' għaxar snin li jibdew mill-2021 sal-2030, ir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima korrispondenti tal-Istati Membri u l-arranġamenti integrati ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni. Il-mekkaniżmu ta' governanza jiżgura opportunitajiet effettivi sabiex il-pubbliku jipparteċipa fit-tħejjija ta' dawk il-pjanijiet nazzjonali u ta' dawk l-istrateġiji fit-tul. Dan jinkludi proċess strutturat, trasparenti u iterattiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali u l-azzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|