|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Fil-kontribuzzjoni tiegħu għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 u l-aħħar sena tal-perijodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti, skont il-punt (a)(2) tal-Artikolu 4, kull Stat Membru għandu jqis dawn kollha li ġejjin:
(a)
il-miżuri previsti fid-Direttiva (UE) 2018/2001;
(b)
il-miżuri adottati biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika adottata skont id-Direttiva 2012/27/UE;
(c)
kwalunkwe miżura oħra eżistenti biex tiġi promossa l-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru u, meta jkun rilevanti, fil-livell tal-Unjoni;
(d)
il-mira nazzjonali vinkolanti tal-2020 minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali ta' enerġija stipulata fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(e)
kwalunkwe ċirkostanza rilevanti li taffettwa l-użu tal-enerġija rinnovabbli, bħal fost l-oħrajn:
(i)
id-distribuzzjoni ġusta tal-użu madwar l-Unjoni;
(ii)
il-potenzjal u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, inkluż il-PDG per capita;
(iii)
il-potenzjal għal użu kosteffikaċi ta' enerġija rinnovabbli;
(iv)
il-limiti ġeografiċi, ambjentali u naturali, inklużi dawk ta' żoni u ta' reġjuni mhux interkonnessi;
(v)
il-livell ta' interkonnessjoni tal-elettriku bejn l-Istati Membri;
(vi)
ċirkostanzi rilevanti oħra, b'mod partikolari sforzi bikrija. Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru għandu jindika fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima liema huma c-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu ta' enerġija rinnovabbli li jkun ikkunsidra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|