|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.Jekk, abbażi tal-valutazzjoni aggregata tagħha tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima tal-Istati Membri skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1), u appoġġata minn sorsi oħra ta' informazzjoni, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni qed tissogra li ma tilħaqx l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, il-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija tal-Unjoni għall-2030, hija tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 34 biex timmitiga tali riskju. Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri nazzjonali pprovduti fil-paragrafu 3 humiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli. Fil-każ ta' miżuri nazzjonali insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u teżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata, b'mod partikolari, il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija rinnovabbli. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u terżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata, b'mod partikolari, il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 dwar l-effiċjenza enerġetika. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, tali miżuri addizzjonali jistgħu b'mod partikolari jtejbu l-effiċjenza enerġetika:
(a)
(b)
tal-bini, skont id-Direttivi 2010/31/UE u 2012/27/UE; u
(c)
tat-trasport. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|