|
+ANNESS VI |
ANNESS VI
ANNESS VI INFORMAZZJONI DWAR POLITIKI U MIŻURI FIL-QASAM TAL-EMISSJONIJIET TA' GHGs Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 18:
(a)
deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom għal rapportar dwar politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, u għal rapportar dwar projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs minn sorsi u assorbimenti minn bjar b'konformità mal-Artikolu 39(1) jew informazzjoni dwar kull bidla magħmula lil dik is-sistema fejn tkun diġà ġiet fornuta deskrizzjoni bħal dik;
(b)
aġġornamenti rilevanti għall-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15 u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji;
(c)
informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, jew gruppi ta' miżuri, u dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni, jew gruppi ta' miżuri li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' GHGs mis-sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment mill-bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali u organizzata skont il-gass jew grupp tal-gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għal politiki nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u rilevanti u għandha tinkludi:
(i)
l-objettiv tal-politika jew tal-miżura u deskrizzjoni qasira tal-politika jew tal-miżura;
(ii)
it-tip ta' strument politiku;
(iii)
l-istatus tal-implimentazzjoni tal-politika jew miżura jew grupp ta' miżuri;
(iv)
indikaturi użati biex jagħmlu monitoraġġ u jevalwaw il-progress matul iż-żmien;
(v)
meta jkunu disponibbli, stimi kwantitattivi tal-effetti fuq l-emissjonijiet minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' GHGs li jitqassmu fi:
—
ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex ante tal-effetti ta' politiki u miżuri individwali, jew gruppi tagħhom, fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-istimi għandhom jiġu provduti għal sekwenza ta' erba' snin futuri li jispiċċaw b'0 jew 5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar sussegwenti, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet ta' GHGs koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) 2018/842 u r-Regolament (UE) 2018/841;
—
ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex post dwar l-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta jkunu disponibbli, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet ta' GHGs koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) 2018/842 u r-Regolament (UE) 2018/841;
(vi)
stimi disponibbli tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri projettati kif ukoll stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri realizzati;
(vii)
ir-referenzi kollha eżistenti għall-valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' GHGs mis-sorsi jew itejbu l-assorbimenti mill-bjar u għar-rapporti tekniċi sottostanti;
(viii)
valutazzjoni tal-kontribut tal-politika jew tal-miżura biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u biex tinkiseb l-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;
(d)
informazzjoni dwar politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, nazzjonali addizzjonali ppjanati previsti bil-ħsieb li jillimitaw l-emissjonijiet ta' GHGs lil hinn mill-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u r-Regolament (UE) 2018/841;
(e)
informazzjoni rigward ir-rabtiet ta' bejn politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, differenti rapportati skont il-punt (c) u l-mod kif politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, bħal dawn jikkontribwixxu għal xenarji ta' projezzjoni differenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|