+Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
---+Artikolu 3 9
---+Artikolu 3 10

Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe kuntratt li fih il-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz.

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief meta d-data personali pprovduta mill-konsumatur hija esklussivament ipproċessata mill-kummerċjant għall iskop ta’ provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità ma' din id-Direttiva jew tippermetti lill-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom huwa soġġett il-kummerċjant, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda skop ieħor.

Artikolu 3 2

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi żviluppat f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur.

Artikolu 3 3

3.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 u 13, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklussivament bħala trasportatur ta' kontenut diġitali.

Artikolu 3 4

4.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali li huma inkorporati fl-oġġetti jew interkonnessi magħhom fis-sens tal-punt (3) tal-Artikolu 2 u li jiġu pprovduti mal-oġġetti taħt kuntratt ta' bejgħ, li jikkonċerna dawk l-oġġetti, irrispettivament minn jekk tali kontenut diġitali jew servizz diġitali huwiex ipprovdut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F'każ ta' dubju dwar jekk il-provvista ta' kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt ta' bejgħ.

Artikolu 3 5

5.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti li jirrigwardaw:

(a)

il-provvista ta' servizzi għajr servizzi diġitali, irrispettivament minn jekk jintużawx forom jew mezzi diġitali mill-kummerċjant biex jipproduċi l-output tas-servizz jew biex iwassal jew jittrażmettih lill-konsumatur;

(b)

servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

(c)

il-kura tas-saħħa kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE;

(d)

is-servizzi tal-logħob tal-azzard, jiġifieri, servizzi li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta' fortuna, inkluż dawk b'element ta' ħila, bħal-lotteriji, il-logħob fil-każinò, il-logħob tal-poker u tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu mħatri, b'mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni u fuq it-talba individwali ta' benefiċjarju ta' tali servizzi;

(e)

servizzi finanzjarji kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/65/KE;

(f)

softwer offrut mill-kummerċjant taħt liċenzja ħielsa u b'sors miftuħ, fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz u d-data personali pprovduta mill-konsumatur tiġi pproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-iskop tat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà ta’ dik is-softwer speċifiku;

(g)

il-provvista ta' kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali jkun magħmul disponibbli lill-pubbliku inġenerali għajr permezz tat-trażmissjoni ta' sinjali bħala parti minn spettaklu jew avveniment, bħal projezzjonijiet ċinematografiċi diġitali;

(h)

kontenut diġitali previst f'konformità mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) minn korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri.

Artikolu 3 6

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn kuntratt uniku bejn l-istess kummerċjant u l-istess konsumatur jinkludi f'pakkett elementi ta' provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali u elementi tal-provvista ta' servizzi jew oġġetti oħrajn, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-elementi tal-kuntratt li jikkonċernaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

L-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika meta pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jinkludi elementi ta' servizz ta' aċċess għall-internet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-effetti li t-terminazzjoni ta' element wieħed tal-pakkett ta' kuntratti jista' jkollha fuq l-elementi tal-pakkett ta' kuntratti għandu jiġi regolat mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 3 7

7.   Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.

Artikolu 3 8

8.   Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personaligħandha tapplika għal kwalunkwe data personali pproċessata b'rabta mal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1.

B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każ ta' kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, din tal-aħħar għandha tipprevali.

Artikolu 3 9

9.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, b'mod partikolari d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

Artikolu 3 10

10.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inkluż il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt dment li dawn mhumiex regolati f'din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0770
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.