2. Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.