Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli, li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess transfruntier għal numru akbar ta' programmi tat-televiżjoni u tar-radju, billi jiffaċilitaw l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet għall-forniment ta' servizzi online li huma anċillari għax-xandiriet ta' ċerti tipi ta' programmi tat-televiżjoni u tar-radju, u għar-ritrażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju. Jistabbilixxi wkoll regoli għat-trażmissjoni ta' programmi tat-televiżjoni u tar-radju permezz tal-proċess ta' injezzjoni diretta.