2. Meta detentur tad-drittijiet ma jkunx ittrasferixxa l-immaniġġjar tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li timmaniġġja d-drittijiet tal-istess kategorija fit-territorju tal-Istat Membru li għalih l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, għandha titqies li għandha d-dritt li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni għal dak id-detentur tad-drittijiet.
Madankollu, fejn aktar minn organizzazzjoni waħda tal-immaniġġjar kollettiv tkun qed timmaniġġja d-drittijiet ta' dik il-kategorija fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, għandu jitħalla f'idejn l-Istat Membru li għat-territorju tiegħu l-operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, biex jiddeċiedi liema organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv ikollhom id-dritt li jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni.