5. Meta Stat Membru jipprevedi fil-liġi nazzjonali tiegħu għal mekkaniżmu ta' liċenzjar f'konformità ma' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, dwar l-għanijiet u t-tipi ta' liċenzji li jistgħu jiġu introdotti skont dawk id-dispożizzjonijiet, dwar id-dettalji ta' kuntatt ta' organizzazzjonijiet li joħorġu l-liċenzji skont dak il-mekkaniżmu tal-liċenzjar, u dwar il-mezzi li bihom tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar il-liċenzjar u dwar l-għażliet disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni.