|
+Artikolu 15 1 |
Artikolu 15 11. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa stabbiliti fi Stat Membru bid-drittijiet previsti mill-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu online tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom min-naħa ta' fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni. Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għall-użi privati jew mhux kummerċjali ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali. Il-protezzjoni mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu m'għandhiex tapplika għal atti ta' hyperlinking. Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw fir-rigward tal-użu ta' kliem individwali jew siltiet qosra ħafna ta' pubblikazzjoni tal-istampa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|