1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-assenza ta' ftehim ta' negozjar kollettiv applikabbli li jipprevedi mekkaniżmu komparabbli ma' dak stabbilit f'dan l-Artikolu, l-awturi u l-artisti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, huma intitolati li jitolbu remunerazzjoni addizzjonali, xierqa u ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet, jew mis-suċċessuri fit-titolu ta' tali parti, meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tirriżulta sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti kollha miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet.