1. Mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Il-Kummissjoni għandha, sas-7 ta' Ġunju 2024, tivvaluta l-impatt tar-reġim ta' responsabbiltà speċifiku stabbilit fl-Artikolu 17 applikabbli għall-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online li għandhom fatturat annwali ta' inqas minn EUR 10 miljun u li s-servizzi tagħhom ilhom disponibbli għall-pubbliku fl-Unjoni għal inqas minn tliet snin skont l-Artikolu 17(6) u, jekk xieraq, għandha tieħu azzjoni skont il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tagħha.