+Artikolu 3 Swieq tal-elettriku kompetittivi, iffokati fuq il-konsumatur, flessibbli u mhux diskriminatorji
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
|
Artikolu 3 Swieq tal-elettriku kompetittivi, iffokati fuq il-konsumatur, flessibbli u mhux diskriminatorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi nazzjonali tagħhom ma tfixkilx bla bżonn il-kummerċ transkonfinali fl-elettriku, il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, inkluża dik permezz tar-rispons tad-domanda, investimenti b'mod partikolari fil-ġenerazzjoni varjabbli u flessibbli tal-enerġija, il-ħżin tal-enerġija, jew l-introduzzjoni tal-elettromobbiltà jew interkonnetturi ġodda bejn l-Istati Membri, u għandhom jiżguraw li l-prezzijiet tal-elettriku jirriflettu d-domanda u l-provvista attwali.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Meta jiġu żviluppati interkonnetturi ġodda, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-miri tal-interkonnessjoni tal-elettriku stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(d) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jeżisti l-ebda ostaklu bla bżonn fis-suq intern għall-elettriku fir-rigward tad-dħul fis-suq, it-tħaddim u l-ħruġ, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi li l-Istati Membri jżommu relattivament għal pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 3 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw kondizzjonijiet ekwi fejn l-impriżi tal-elettriku huma soġġetti għal regoli, imposti u trattament trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, b'mod partikolari fir-rigward tal-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, l-aċċess għal swieq bl-ingrossa, l-aċċess għad-data, il-proċessi tal-bdil u l-iskemi tal-kontijiet u, fejn applikabbli, l-għoti ta' liċenzji.
|
|
Artikolu 3 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti tas-suq minn pajjiżi terzi, meta joperaw fis-suq intern għall-elettriku, jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, inkluża dik dwar il-politika ambjentali u ta' sikurezza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|